Is sena 2015 gabet maghha sfidi godda fejn jidhol l-operat logistiku tal-Iskema wara li is snin 2013 u 2014 intuzaw biex nimmitigaw fejn hsibna li ma kienx qed jaghti rizultat mixtieq.

Fis sena 2015, 28 Kunsill Lokali kienu eligibbli li jippartecipaw f’dawn l-Awards. Ghaxra min dawn kienu lokalitajiet Ghawdin u l-kumplament kienu lokalitajiet Maltin. Il-kriterja ghal rebh ta’ dawn l-awards fejn jidhol Kunsill Lokali huwa l-ammont ta’ gbir li jsir permezz tal –borza il-griza u li jingabar mill bring in Site. Dan l-ammont jigi diviz bejn il-popolazzjoni fil-lokalita biex jinhareg ammont per capita.

Jien inhares lejn dan il-process qishu ghandek tim tal-futbol li qed jiehu sehem go kampjonat. Irid ikollok coach tajjeb u tim tajjeb biex tasal ghal rizultat. Ovvjament hekk jigri anke f’dan ir-rigward. Sena wara l-ohra qedghin naraw klassifika finali li ghandha disinn.

Mitt 28 Kunsill lokali eligibbli ghal dawn lawards gbarna 4986 tunnelata ta materjal ricikklabbli.

 

1078 tunnellata inbagru mill bring in Sites , allura 21.6% fil mija u lbqija 3908 tunnelati ingabru mill borza il griza.

Fis sena 2015 bdejna nigbru l-hgieg bieb bieb , Malta L-ewwel gimgha tax-xahar u Ghawdex l-ewwel Hamis tax xahar. Sew nghid li f’Ghawdex il-gbir beda f’Novembru 2014, u f’Malta minn Frar 2015.

Minn din l-inizjattiva ingabru 257 tunnellata, 17% minn Ghawdex u 83% minn Malta . Minn dan l-ammont lokalita wahda gabret 40 tunnellta li huwa 15.6% tal-gbir kollhu. Ovvjament din il-lokalita ser tigi premjata izjed tard ghal l-isforz taghha f’dan ir-rigward.

Fejn jidhol gbir ta skart ricikklabbli jirrizulta ukoll li kien hemm diversi lokalitajiet li ziedu il-per capita li ingabar . Wahda minn dawn il-lokalitajiet , l-izjed li kellha ‘improvement ‘ ser ukoll tigi premjata illlum.

Min naha logistika isiru 41 gabra ta borza griza kull gimgha bejn Malta u Ghawdex. Tlettax il lokalita isir gbir darbtejn fil-gimgha filwaqt li l-kumplament issir darba fil-gimgha

Din wahedha hi spiza ta Ewro 7400 fil-gimgha Malta u Ewro 1430 gewwa Ghawdex. L-avearge cost ta tunnellata migbura gewwa Ghawdex hija ta’ 217 il-Ewro kull-tunnellata filwaqt li Malta din tinzel ghal 120 Ewro kull tunnellata. U din tghaddilna messagg.

Minghajr dubju mhux facli li ir-resident jigi imbuttat biex jirricikla imma hawn nindirizza lill Gvern biex l-obbligu li wiehed johrog il-borza l-griza jew il-hadra isir wiehed tassativ bil-ligi sakemm ma jkollokx xi raguni valida.

Jew hekk jew inkella inmissu l-but tan –nies billi nghollu l-prezz tal-landfil fee minn L-ghoxrin Ewro li qedgha illum Vat eskluz ghal l-ispiza reali taghha. Jekk ma niehdux l-ewwel pass irridu niehdu it-tieni. It tieni pass nassigura li jwegga hafna izjed imma illum jew ghada irridu xorta naslu ghalih.

Ghalhekk izjed il-quddiem jien ghid li hemm bzonn li naghmluha tassativ li ir-residenti iridu johorgu l-borza il-griza. Jekk jikber il-gbir u l-hlas jibqa l-istess allura il-prezz ta kull tunnellata migbura jonqos u nikrejaw izjed sostenibilita.

Biex naghti ezempju l-ghola spiza kull tunnelta qed isir f lokalita Ghawdxija , hija ta’ 541 Ewro kull tunnellata u linqas spiza hi ta’ Ewro 51 kull tunnellata tirrizulta f’lokalita Maltija fejn fiz-zewg lokalitajiet issir gabra wahda fil-gimgha

Fis sena 2015 L –Iskema gabret total ta’ 12400 tunnellata li minnhom 11875tunnelata gew riciklati. Dawn ingabru minn Kunsilli Lokali, stabillimenti kummercjali, u membri produtturi flimkien mal inizjattiva BE Smart Go Green

Fis sena 2015, l-Iskema kellha 1100 membru produttur li b xi mod jew iehor iffinanzjaw lill istess Skema biex taghmel l-operati taghhha.

Matul is-sena l-iskema Green mt hadmet fuq diversi kampanji edukattivi inkluz :

Kampanja intensiva fi skejjel u kulleggi

Ghoti ta gift vouchers lill residenti f’diversi lokalitajiet matul is-sena biex nirringrazzjawhom talli jippartecipaw.

Distribuzzjoni ta numru ta kontenituri biex jingabar izjed hgieg fil lokalita ta San Giljan u Ghawdex kollu. Sew nghid li ir rizultat gewwa Ghawdex kien wuiehed sodisfacenti hafna fejn gimgha wara gimgha qedghin nigbru 8 tunnelati hgieg minn stabillimenti kummercjali , 416 il-tunnellata fis sena.

Saru home visits fil lokalitajiet ta’ Birgu, Bormla, Marsaxlokk, F;loriana, TA Xbiex, Mtarfa, Gharghur, Dingli, Marsascala, Rabat, Nadur Gharb San Lawrenz

Giet organizzata Recycle day fin Nadur Ghawdex

Kampanja dwar gbir ta Hgieg bieb bieb permezz ta vettura’ mobile’ li tpoggiet f diversi lokjalitajiet xahrejn shah biex il-pubbliku ikun infurmat.

Distribuzzjoni ta Boroz grizi fil-Kunsill tar-Rabat

Involvejna ruhna f’event Music for the Philippinnes

Partecipazzjoni fit Trade fair ta Malta

Hadna hsieb il-provediment ta bins ghas separazzjoni tal –iskart ghal blue flag beach gewwa lGhadira . Hadna hsieb it tbattil ta dawn il bins darbtejn kuljum mitt Tnejn sal hAmis u tlett darbiet kuljum mill Gimgha sal Hadd.

Hadna sehem fin Nadur Agriculture and Folkloristic Exhibition

Partecipazzjponi fin Napule Event fir Rabat Malta

Partecipazzjoni fl-event bla Kondixin

Organizzajna Gharsi Recycle Day

Mellieha Recycle Day

Partecipazzjponi fl-University Freshers week.

Zjarat bieb bieb biex nispjegaw ilgbir tat tielet borza tal – skart organiku.

Kienet sena mimlija daqs bajda b’attivitajiet   unixtieq nirringrazzja lit tim kollu nvolut li jiehu hsieb dawn l-avvenimenti baara mill ufficju. Irridu nifhmu li dawn ihabbtu wicchom mal elementi tan natura u hafna drabi mal elementi tat traffiku fit toroq Maltin u Ghawdxin.

Waqt li dan ix-xoghol ghaddej, mohhna kien qed jaghrbel fuq progett pilota gewwa L-Iklin li xtaqna nuzawh biex nizviluppawh f lokalitajiet ohrajn aktar il-quddiem. Saru hafna laqghat mal Kunsill u fl-ahhar illum nistgha nghid li wasal biex jibda.

Il-progett Irecycle fi ftit kliem, Il Kunsill ser jiehu hsieb iqassam 40 borza griza u erbghin sticker barcoded lill kull residenza . Dawn il-boroz grizi jibdew jinghalqu b dan l isticker u meta tingabar il-borza tinqata il-barcode mill kuntrattur u tinghata lura lill Kunsill jew lill Iskema biex jigu scanned. B hekk ser nibdew nigbru data li irridu eventwalment nuzawha biex napplikaw ghal fondi mill Ewropa biex il progett jinfirex fuq bazi li tinkludi mill inqas regjun ikbar. Ovvjament bil ghajnuna ta sistema ta software ser inkunu nafhu, real time minn qed jirricikla u minn le. Hemm ukoll premjijiet allokati ghal minn jikkopera l izjed fil perjodu u ser ikun hemm website dedikata ghal dan il=progett. Ninsab herqan hafna biex issa wara hafna intoppi wasalna biex nibdew dan il progett pilota.

Din is-sena ifformulajt il-kelmtejn tieghi fuq l operat dirett u hallejt mal genb kompletament il-parti regolatorja , il parti li ma tinteressax lillkom bhala Kunsilli imma izjed lilna min naha amministrattiva.

Biex inkomplu inzidu il-gbir fil-Kunsilli taghna hadna inizjattiva li hadmet f diversi Kunsilli Lokali. Go erba Kunsill Maltin u go Ghawdex kollu introducejna gbir ta co-mingled fraction mill bring in Sites. Dan sar wara li gie innotat li pajjizi bhal ingilterra,f’ hafna municipji ghamlu l –istess ghax raw li meta wiehed jitlob lill poplu jisseparaw hafna frazzjonijiet hemm lok li jintilef hafna volum ta skart riciklabbli. Kampanja li bdiet gewwa Londra fis sena 2014 jisimha ‘Recycle made easy.’

Hi hassra li ftit xhur ilhu parti mill medja esponiet zewg lokalitajiet Maltin fejn kien qed jingabar comingled b certu disrispett minkejja li dawn il-lokalitajiet kienu konxji li hekk qed isir u ahna wkoll konna konxji li ziedna fil-gbir. Illum is sistema indrat gewwa Ghawdex u anke fejn dahlet hawn Malta u mhux il-hsieb tal –Iskema li tmur lura mid-decizjoni ghaqlija li hadet. Ovvjament kollox jistgha jsir imma kollox fih il-prezz tieghu.

Jien nemmen li l-Kunsilli iridu izjed mezzi biex jahdmu biex jilhqu l-ghanijiet taghhom fl immanigjar tal –iskart. Sew fejn jidhlu fondi u anke fejn jidhlu risorzi. Minn Settembru l-quddiem bdiet tigi implimentata id-Direttiva WEEE, wara ghaxar snin. Hija hasra li fil-passat din thalliet fuq l-ixkaffa u ma kellniex iz zmien biex inkabbru sistema mill-qiegh biex issa din is-sena gejna iffacjati b ‘obbligu li jrid jingabar 42% ta dak li l-importaturi Maltin ipoggu fis-suq. WEEE Malta hija wkoll membru akkreditat tal- WEEE Forum u bi pjcir nghid li l-istess WEEE Forum ghadu kemm ghazel lill WEEE Malta biex torganizza il-laqgha generali tal-WEEE Forum fis sena 2017 gewwa Malta fl-ewwel sitt xhur meta Malta ser ikollha il-Presidenza tal –unjoni Ewropeja.

42% ta dak impurtat ifisser kwazi 16 il-tunnellata kuljum ta’ gbir mitt Tnejn sal Gimgha . Sa issa Il WEEE Malta li hi inizjattiva ohra ambjentali tal-GRTU ( skema awtorizzata biex tigbor skart elettriku u elettroniku) . l –Iskema fl –ewwel hames xhur gabret 176 tunnelati ta WEEE minghand 35 kumpanija li jiehdu sehem f takeback system. Dawn biss 35 kumpanija minn 386 membri tal-Iskema. Il-mentalita li niehdu hsieb dan it tip ta’ skart fl-ahhar tal –hajja tieghu biex niddisponu minnhu bis –sewwa ghadha il-boghod.

Ahna nixtiequ nahdmu izjed mill qrib ma Kunsilli Lokali f dan ir-rigward. Sa issa jidher li l-Kunsilli ghandhom direttiva biex ma jiftehmu mal-ebda Skema. Ahna nemmnu li biex din id-Direttiva tal -WEEE jintlahqu il-miri taghha hemm zewg alternattivi:

Jew il-gbir jinqata mir –responsabilita tal-Kunsilli Lokali

Jew oltre il-Kunsill Lokali jkompli jigbor permezz tas servizzli qed jaghti illum izda jigi mghejjun mill Iskema jew ohra.

Izjed nemmen fit tieni ghax la darba hemm gabra fil-post wiehed ikun sew jekk Skema thallas skont il –piz dak li tircievi m ghand il-Kunsill. L- iskema ser toffri prezz kull tunnellata ghal gbir ta dan it tip ta skart permezz tal kuntrattur awtorizzat . L_importanti li l_iskema thallas ta dak li attwalment tircievi barra dak il-materjal li jrid jigi esportat fl intier tieghu.

Il-kollega Sergio Mallia qieghed jitkellem ma dawk il-Kunsilli li wrew interess f dan u ghalhekk ser ikompli b dawn it tahtidiet ghax nemmnu li L-Kunsilli iridu jaslu fi ftehim ma Skemi ghal dan il-gbir u mhux nibdew xi inizjattiva gdida.

Illum se nieqaf hawn fuq WEEE.

Grazzi lill-Kunsilli Lokali li taw il-kontribut lill-iskema Green mt matul is-sena 2015, lill-istaff kollhu f ‘ kull Kunsill, lill facilitajiet privati li maghhom hdimna fl-elfejn u hmistax, lill-Wasteserv li kienet l-ikbar partner taghna f din it triq.

Lill kuntratturi li hadmu maghna f’dan il-gbir

Lill istaff tal –MEPA

Lill- Ministeru tal-Ambjent li mieghu ikollna x naqsmu kontinwament f diversi ambiti

Grazzi lill Bord tad Diretturi Green mt

Grazzi lill Ezekuttiv Nazzjonali tal-GRTU mill President l-isfel ghal fiducja li juru sena wara l-ohra.

U l-ahhar u mhux l-inqas , lill haddiema kollha ta Green mt li maghhom nahbat wicci kuljum. Nifhem li jkun hemm jiem bi tbissima u ohrajn bi tgergir. Grazzi tax-xoghol siewi taghkom kuljum. Meta jigu granet li titla xi ftit it-temperatura, tiehdux ghalija, inkun irrid biss naghlimkom dak li hu sewwa.. Minn dan nassigurakom.

Grazzi lill kulhadd u nawgura li is sena 2016 tkun wahda ahjar mis sena li ghaddiet.

Designed & Developed by General Informatix Ltd
All Rights Reserved - Content may not be reproduced without prior consent.